Jikklassifikaw fl-aqwa pożizzjonijiet f’festival fil-Polonja

6 studenti ta’ La Voix fl-aħħar ġranet kisbu success waqt il-Culture caravan International Arts Festival li se ttella’ bejn il-21 u l-24 ta’ Frar f’Miedzyzdroje, fil-Polonja. Ħadu sehem 300 parteċipant mill-Polonja, l-Ukrajna, il-Każakstham, ir-Russja, is-Slovenja u anki Malta.

Is-sitt kantanti Maltin kienu akkumpanjati minn Gillian Attard, id-direttur ta’ La Voix. Huwa taw prestazzjonijiet mill-aqwa u kisbu wkoll success.

Kategorija: kantanti solisti sa’ 9 snin:

L-ewwel post: Hope Saliba Hill

Rebbieħa ‘overall’: Keyana Brydon.

Kategorija: kantanti solisti bejn l-10 u 12-il sena:

It-tieni post: Chantelle Micallef

It-tielet: Ilenia Portelli

Kategorija: Kantanti solisti bejn it-13 u l-15-il sena:

Rebbieħa ‘overall’: Shylon Micallef

Kategorija: Kantanti ‘l fuq minn 16-il sena

Rebbieħa ‘overall’: Patricia Utulu