Read in English.
Żagħżugħ instab ħati li kkawża l-mewt ta’ sieħbu ta’ 18-il sena u ġie ordnat iħallas €169,000 lill-ġenituri u lil ħu l-vittma.
L-inċident seħħ fi Triq il-Wied f’Birkirkara f’Ġunju tal-2013, meta passiġġier ma’ Keith Caruana kien hemm fost l-oħrajn Abraham Celik.
Caruana baqa’ dieħel bil-vettura f’siġra wara lejl f’Paceville, għaliex tilef il-kontroll tal-vettura.
Ġie allegat li Caruana kien ħati tal-inċident minħabba traskuraġni u b’veloċità eċċessiva, għalkemm skont il-Prosekuzzjoni ma kienx qed isuq taħt l-influwenza tax-xorb.