Jikkawża ħsarat fuq propjetà privata

Raġel ingħata sentenza sospiża wara li ammetta li kkawża ħsara fuq propjetà privata fil-Belt il-Ħadd filgħodu.

Il-Libjan, Anees Badroush, tressaq il-Qorti akkużat li għamel ħsara volontarja fuq vettura u fil-kommun ta’ blokka residenzjali. Huwa kien akkużat ukoll bil-ksur tal-paċi pubblika waqt li kien fis-sakra.

Ir-raġel ingħata sentenza ta’ 8 xhur sospiżi b’15-il xahar. Huwa ntalab jħallas għall-ħsarat li kkawża fiż-żmien sitt xhur.