Jikinsu l-mafkar ta’ Daphne; jagħlqu l-aċċess

Il-mafkar magħmul mill-attivisti biex iżżomm ħajja l-memorja tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia tneħħa iktar kmieni dalgħodu. Ix-xemgħat u l-fjuri ukoll tneħħew minn fuq il-monument tal-Assedju l-Kbir. Din mhux l-ewwel darba li tneħħa kollox, iżda hi l-ewwel darba li tpoġġew ammont sostanzjali ta’ barriers tal-Pulizija mal-madwar tal-monument.

Jidher li dan sar qabel iċ-ċerimonja li se ssir illejla fis-7.30 biex titfakkar il-Vitorja li għaliha se jkun qed jattendi d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia.