Jikber l-għarfien tal-biodiversità f’Malta

Fil-ftuħ tal-proġett LIFE+Baħar, il-Ministru Leo Brincat ħabbar li d-dokument ambjentali ta' konsultazzjoni li ħareġ il-Gvern dwar it-twaqqif tal-Awtorità l-ġdida ambjentali jipprovdi għal-liġi dwar il-politika nazzjonali dwar l-ambjent.
Brincat wera kif il-Kummissjoni Ewropea kienet ikkummentat b'mod pożittiv dwar żoni protetti fil-baħar madwar pajjiżna.
Qal li filwaqt li fis-sena 2007, 14.4% kienu konxji dwar l-għarfien tal-biodiversità f'pajjiżna, l-aħħar figuri juru li dan l-għarfien tela’ għal 28%.
L-istess jgħodd għall-għarfien dwar żoni protetti tan-NATURA 2000.
Malta hija marbuta li tkabbar l-għadd ta' żoni marittimi meqjusa bħala designated marine areas sas-sena 2020.

Ritratt: Jeremy Wonnacott