Jikber l-appoġġ għal Chris Fearne iżda min fadal?

Miguela Xuereb

Read in English.

Fl-aħħar sigħat kompla jikber l-appoġġ għad-deputat Prim Ministru Chris Fearne. Dan sabiex Fearne jiġi magħżul mexxej Laburista minflok Joseph Muscat.

Il-maġġjoranza tal-membri tal-kabinett u membri parlamentari Laburisti qed tagħtu l-appoġġ tagħhom lil Fearne.

Il-Ministru għat-Trasport Ian Borg, il-Ministru Owen Bonnici, il-Ministru għall-Ugwaljanza Edward Zammit Lewis, il-Ministru għall-Għawdex Justyne Caruana, il-Ministru għall-Ambejnt Josè Herrera, il-Ministru għall-Familja Michael Falzon, il-Ministru għall-Enerġija Joe Mizzi u l-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela kollha ddikjaraw l-appoġġ tagħhom għal Fearne.

Flimkien ma’ dawn ingħaqdu is-Segretarji Parlamentari Clint Camilleri, Julia Farrugia Portelli, Silvio Parnis, Deo Debattista, Aaron Farrugia, Silvio Schembri kif ukoll il-membri parlamentari Konrad Mizzi, Rosianne Cutajar, Anton Refalo, Glenn Bedingfield, Silvio Grixti, Byron Camilleri u Stefan Zrinzo Azzopardi.

Min fadal?

Interessanti hija l-lista ta’ membri parlamentari li kawżi 24 siegħa wara li d-deputat Prim Ministru ddikjara ruħu, għandhom ma ħadux pożizzjoni pubblika favur Chris Fearne. Il-lista tinkludi:

Il-Ministru għall-Ekonomija u d-deputat mexxej Laburista Chris Cardona;

Il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna;

Il-Ministru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali Michael Farrugia;

Il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo;

Is-Segretarju Parlamentari għall-Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis;

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali Roderick Galdes kif ukoll il-membri parlamentari Alex Muscat u Robert Abela li l-bieraħ iddikjara “li mhux lest nipparteċipa f’ebda patt imxajtan li bih nixtri xi siġġu komdu għalija, u nbiegħ lil pajjiżi u lill-Partit Laburista u l-Laburisti ġenwini, kollox mgħotti wara l-iskuża falza tal-għaqda”.

L-ebda wieħed mill-MEPs Laburisti jiġifieri Miriam Dalli, Alfred Sant, Josianne Cutajar u Alex Agius Saliba għadhom ma ħadu pożizzjoni.