
Read in English.
Għadd ta’ pajjiżi bdew jevakwaw liċ-ċittadini miċ-ċentru ta’ fejn feġġ u nfirext l-Coronavirus. L-ammont ta’ nies li mietu b’dan il-virus issa laħaq 133. L-Organizzazzjoni Dinija tas-Saħħa esprimiet t-tħassib tagħha hekk kif il-virus beda jinxtered minn persuna għall-oħra fi tliet pajjiżi oħra.
Il-WHO qalet li l-Kumitat ta’ Emerġenza ser jerġa jitlaqqgħa wara bibien magħluqa biex jiddeċiedi jekk is-sitwazzjoni għandiex tiġi klassifikata bħala emerġenza globali.
Il-fatt li l-virus qed jinfirex minn persuna għall-oħra qed tqanqal tħassib lil WHO. Huwa għamel referenza partikolari għall-każijiet tal-Ġermanja, Vietnam u l-Ġappun.
Għalkemm in-numri ta’ vitmi barra ċ-Ċina huma relattivament żgħar, xorta hemm potenzjal li dawn iċ-ċifri jkunu ikbar.
S’issa l-ammont ta’ każijiet huwa 6,065 fi ħmistax i-pajjiż. Numru ta’ linji tal-ajru internazzjonali kbar issospendew it-titjiriet lejn iċ-Ċina.