Jiġu ppreżentati l-premijiet lir-rebbieħa tal-Concours d’Elegance

Waqt id-disa’ edizzjoni tal-Malta Classic, iċ-Ċerman tal-Awtorità Maltija tat-Turiżmu Gavin Gulia ppreżenta lir-rebbieħa tal-Concours d’Elegance l-premijiet tagħhom. 
Il-Malta Classic saret bil-parteċipazzjoni ta’ sittin karozza. B’kollox kien hemm tliet avvenimenti: il-Mellieħa Hill Climb, il-Concours d’Elegance u l-Mdina Grand Prix. Minn dawn is-sittin karozza, ħmistax inġiebu minn barra minn Malta, minn pajjiżi bħal Franza, l-Italja, l-Iżvizzera, l-Awstrija u r-Renju Unit. 
F’diskors qasir Dr. Gulia stqarr li avventimenti ta’ dan it-tip huma attrazzjoni ewlenija għal Malta, speċjalment fix-xhur tax-xitwa, filwaqt li rringrazzja lil dawk kollha involti biex l-avveniment u oħrajn simili jkunu suċċess.