Ilbieraħ f’Monaco għal ħabta tas-sitta ta’ filgħaxija ġew mħabbra it-tmien gruppi tal-UEFA Champions League. F’kull grupp ittelgħu erba’ timijiet permezz ta’ polza, sabiex it-32 tim ġew mqassma fi tmien gruppi bil-gruppi B, Ċ u H jispikkaw.
Il-gruppi tal-UEFA Champions League 2018/19 huma:
Grupp A: Atletico Madrid, Borussia Dortmund, Monaco, Club Bruge
Grupp B: Barcelona, Tottenham Hotspur, PSV Eindhoven, Inter
Grupp C: Paris St Germain, Napoli, Liverpool, Red Star Belgrade
Grupp D: Lokomotiv Moscow, Porto, Shalke, Galatasaray
Grupp E: Bayern Munich, Benfica, Ajax, AEK Athens
Grupp F: Manchester City, Shaktar Donetsk, Lyon, Hoffenheim
Grupp G: Real Madrid, Roma, CSKA Moscow, Viktoria Plzen
Grupp H: Juventus, Manchester United, Valencia, Young Boys
Ronaldo, li kien mal-Manchester United bejn l-2003 u l-2009 issa se jkun qed jilgħab għall-Juve b’paga ta’ $99.2 miljun wara disgħa snin mar-Real Madrid. Dan ifisser li se jkun qed jilgħab kontra t-tim tal-Manchester United fil-UEFA Champions League tal-2018/19.