Jiġu emendati darbtejn ir-riżultati ta’ vakanza fl-edukazzjoni

Ir-riżultati finali ta’ dawk li applikaw għal vakanza ta’ librar-għalliem fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni nbidlu darbtejn wara li ġew ippubblikati.
Minn informazzjoni li għandu Newsbook.com.mt, dawn l-applikanti ma rċievew l-ebda spjegazzjoni. Dan minkejja li dawn l-emendi fir-riżultati wasslu biex uħud tilfu xi gradi fil-klassifika.
Infurmati wkoll li l-Unjin tal-Għalliema (MUT) talbet lill-Ministeru tal-Edukazzjoni biex jinvestiga b’urġenza dawn iċ-ċirkostanzi u biex jipprovdilha spjegazzjoni biex tinforma lill-membri tagħha li ġew affettwati.