140 infermier ġdid se jibdew jaħdmu dalwaqt

140 student lestew l-istudji mediċi tagħhom fl-Università ta’ Malta u mistennija jibdew jaħdmu bħala infermiera fiż-żmien li ġej.

Ir-Rettur tal-Università ta’ Malta, Prof. Alfred J. Vella qal li ż-żieda ta’ 140 infermier ġdid ma setgħetx ġiet fi żmien iktar bżonjuż hekk kif dawn il-gradwati ġodda se jkunu jistgħu jgħinu lil Malta tiġġieled il-pandemija tal-COVID-19.

Id-Dekan tal-Fakultà tas-Saħħa faħħret l-andament ta’ dawn il-gradwati li għamlu ħilithom u stinkaw mingħajr biża’ u għelbu diversi sfidi.