Jiġi pospost il-każ tal-Imħallef Farrugia Sacco

Il-każ kostituzzjonali mill-Imħallef Lino Farrugia Sacco kien diferit fil-jum tal-Ġimgħa, wara talba mill-avukati tal-Gvern. Dan kien allegat mill-ġurnal ‘The Times’ fejn kien rappurtat ukoll li x-xahar li għadda, fil-qorti, Farrugia Sacco saħaq li l-mozzjoni ta’ impeachment kienet mressqa kontrih minħabba mottivi politiċi.

Il-mozzjoni kienet mressqa mill-eks Prim Ministru Lawrence Gonzi wara l-allegazzjonijiet ta’ bejgħ ta’ biljetti mill-kumitat olimpiku Malti li tiegħu Farrugia Sacco kien responsabbli.

Fil-qorti, fil-jum tal-Ġimgħa, intqal li l-avukati li kienu qed jirrappreżentaw lil Prim Ministru u l-avukat ġenerali talbu sabiex il-każ jiġi pospost.