Jiġi addottat Scotty, il-kelb biċ-ċomb

Facebook

Scotty, il-kelb li ftit tal-jiem ilu ġie salvat wara li nstab b’aktar minn 200 frammenti ta’ pritkuni taċ-ċomb u b’tumur fis-sieq ta’ wara ġie addottat.

It-Tlieta, il-kelb ġie operat sabiex jitneħħa t-tumur daqs ballun tat-tennis li kellu f’siequ u jidher li qed jirkupra tajjeb minn din l-operazzjoni.

Il-kelb instab abbandunat il-Gudja minn persuna li sfortunatament ma setax iżommu għalhekk fuq Facebook għamel appell biex dan il-kelb jiġi addottat. Il-grupp Rescued is my Favourite Breed kien qed jagħti aġġornamenti kontinwi dwar is-saħħa ta’ dan il-kelb.

***UPDATE*** A HAPPY ONE!!!!Scotty's surgery was successful, all went well! 🥳 Hooraaayyy!!!😍The tumour was removed…

Posted by Rescued is my Favorite Breed – Malta on Tuesday, August 6, 2019