Jiggranfaw ma’ li fadal mid-dgħajsa biex jippruvaw isalvaw

Traġedja umana oħra, din id-darba fil-gżira ta’ Rodi fil-Greċja, hekk kif dgħajsa tal-injam li kienet qed iġġorr għexieren ta’ immigranti nkaljat max-xtajta.
S’issa rriżulta li mietu tal-inqas tliet persuni – raġel, mara u tifla.
Aktar minn 90 persuna oħra ġew salvati, bi 30 jittieħdu l-isptar.
Id-dgħajsa tfarrket mal-blat u ħafna immigranti spiċċaw fil-baħar b’uħud mill-immigranti jiggranfaw ma’ biċċiet li kien fadal mid-dgħajsa. Oħrajn bdew jgħumu lejn ix-xtajta.
Il-ġimgħa li għaddiet, il-Greċja ħabbret sensiela ta’ miżuri biex tegħleb is-saga tal-immigranti.