Jiggradwaw iktar minn 150 student tal-IFS

Aktar minn 150 student tal-Istitut tas-Servizzi Finanzjarji f’Malta (IFS) iggradwaw wara li s-sena l-oħra temmew l-istudji tagħhom b’suċċess.
F’ċerimonja, li fiha kien hemm preżenti l-President tal-Istitut Kenneth B. Micallef flimkien mad-Deputat Gvernatur tal-Bank Ċentrali ta’ Malta Alexander Demarco, l-istudenti kollha ngħataw ċertifikat filwaqt li dawk li kisbu l-ogħla marki ngħataw ukoll premju.
Matul l-2016, l-Istitut offra studju bi kwalifika f’31 qasam, fosthom anki fil-livell ta’ Maġisteru.
Ħafna mill-korsijiet qed jiġu offruti flimkien ma’ istituzzjonijiet internazzjonali, fosthom il-London Institute of Banking and Finance, l-Università ta’ Manchester u ċ-Chartered Institute of Securities and Investment.
Għal iktar informazzjoni tista’ taċċessa s-sit.