Jiġġeddu l-memorji waqt Sorelle

Waqt il-puntata tallum ta’ Sorelle, Bella ġġedded il-memorja ta’ dak iż-żmien meta Leo kien ta lil Samantha lill-familja ta’ Norman biex trabbiha hi. Maxine titlob lil Vince isibilha n-numru ta’ Samantha u jara f’liema lokalitá kienet qed tgħix.

Sadanittant Norman imur użur lil Leo fil-ħabs. X’se jgħidlu dwar Samantha?

Sorelle għandu kitba ta’ Dr Michael Vella Haber u Evelyn Saliba La Rosa. Jixxandar fuq TVM fit-3pm b’repetizzjoni llejla fil-11.25pm u għada filgħodu fis-6.15am. Il-puntati kollha jixxandru wara xulxin is-Sibt mill-11am fuq TVM2.