Jiġġedded il-programm tal-Caritas għall-priġunieri

Read in English.

Caritas Malta flimkien mal-Ministeru tal-Intern u s-Siġurtà Nazzjonali u l-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi ġeddew il-ftehim ta’ koperazzjoni fl-isfond ta’ riabilitazzjoni tar-residenti mill-vizzju tad-droga.

Anthony Gatt, id-direttur tal-Caritas qal li l-iżviluppi li seħħew fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin fejn tidħol il-ġlieda kontra d-droga, is-servizzi ta’ riabilitazzjoni huma importanti ħafna sabiex wara li persuna tiskonta s-sentenza ta’ priġunerija, terġa’ ssib lilha nnifisha fis-soċjetà mingħajr il-problema tad-droga u tkun tista’ tagħti l-kontribut tagħha. Il-programm ta’ riabilitazzjoni li jmexxu Caritas Malta għall-priġunieri jismu ‘Prison Inmates Programme’ u għandu valur ta’ kważi miljun ewro fuq tliet snin.

Gatt irringrazzja lill-Ministru Michael Farrugia u lid-direttur tal-ħabs għall-kollaborazzjoni tagħhom biex jintlaħaq l-iskop ta’ riabilitazzjoni mid-droga.

Il-Ministru Michael Farrugia qal  dawn id-deċiżjonjiet ikomplu jsaħħu r-riabilitazzojni tar-residenti u se jkunu qed isiru diskussjonjiet sabiex tkun aktar faċli biex ir-residenti ma jsibux diffikulta biex jaħdmu. Farrguia żied li dan il-programm ta’ riabilitazzjoni jospita 14-il persuna u fl-aħħar ħames snin ibbenefikaw 152 persuna.

Dan il-ftehim ġie ffirmat mis-Segretarju Permanenti s-Sur Kevin Mahoney, mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi Korrettivi il-Kurunell Alexander Dalli, mid-Direttur ta’ Caritas Malta s-Sur Anthony Gatt, u mit-teżorier ta’ Caritas Malta s-Sinjura Ritianne Cassar. Is-Sur Anġlu Fenech minn Caritas Malta kien preżenti għal dan l-iffirmar.