Aġġornata: Erbgħa jmutu wara li ġġarraf ajruplan militari Franċiż

Erba' persuni mietu wara li ajruplan iġġarraf fil-baħar viċin il-Kosta tal-Ivorju ftit wara li tela’ mill-ajruport internazzjonali tal-belt prinċipali Abidjan.
Skont il-midja internazzjonali l-ajruplan kien wieħed tal-merkanzija tal-armata Franċiża.
Sorsi tas-sigurtà qalu li l-ajruplan iġġarraf f’xita qawwija u li t-tifrik mexa mal-kurrent lejn ix-xatt viċin Port Bouet.