Jiġġarraf ajruplan fl-Iżvizzera; 20 persuna mejta

REUTERS/Arnd Wiegmann

20 persuna abbord ajruplan żgħir inqatlu meta l-ajruplan iġġarraf fl-Alpi Svizzeri nhar il-Ħadd ftit qabel l-erbgħa ta’ wara nofsinhar. Il-persuni kollha abbord l-ajruplan mietu.

Tlieta mill-vittmi huma Awstrijaki filwaqt li is-17 l-oħra huma Svizzeri. L-ajrupjan nbena lejn l-aħħar tat-tletinijiet bħala wieħed militari. Wara dan l-ajrupjan kien jintuża għal titjiriet biex wieħed japprezza x-xenarju.

Lejn l-aħħar ta’ Lulju l-ajruplan għadda minn verifika ta’ manutensjoni fejn ma nstabu l-ebda ħsarat fl-ajruplan.

Għadu mhux magħruf għalfejn l-ajruplan iġġarraf. L-investigazzjoni hija iktar ikkumplikata minħabba li l-ajruplan ma għandux “black box”.