Jigdeb dwar is-sesswalità tiegħu biex ikollu x’jaqsam ma’ tfajla

Raġel tressaq il-Qorti akkużat li nhar is-Sibt li għadda stupra tfajla ta' 26 sena li kien għadu kemm iltaqa’ magħha f’sit ta’ divertiment.
Il-mara Żvediża qed tallegga li r-raġel Tork offrilha li jwasslha d-dar tagħha meta raha fis-sakra, iżda minflok ħadha fir-residenza tiegħu.
Fil-Qorti nstema’ li l-mara kienet “impressjonata” bir-raġel meta beda jiddeskrivilha d-dar tiegħu u dak li jagħmel f’ħajtu u ħassitha aktar sigura meta allegatament qalilha li hu omosesswali.
Il-prosekuzzjoni qalet li l-akkużat abbuża minnha meta hi kienet fis-sakra.
Min-naħa tiegħu, l-Avukat tad-Difiża, Marion Camilleri insista li l-mara qablet li jkollha x’taqsam mar-raġel u li fuqha ma kien hemm l-ebda sinjal ta’ vjolenza fiżika.
Ir-raġel wieġeb mhux ħati iżda l-Maġistrat Joe Mifsud ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest.