Jiġbru €2000 għall-Caritas waqt ġirja u mixja

Caritas Malta

Caritas Malta rċeviet €2240 mid-diretturi ta’ 24/7 Fitness Club li organizzaw ġirja u mixja f’Ta’ Qali.

Fi stqarrija, Caritas qalet li l-attività saret fid-29 ta’ Diċembru. Madwar 200 persuna pparteċipaw.

Id-Direttur ta’ Caritas Malta Anthony Gatt irringrazzja lil 24/7 Fitness li ħarġu b’din l-inizjattiva.

Fl-2018, aktar minn 550 persuna attendew għall-ikla tal-Caritas Malta ġewwa l-Kurja tal-Arċisqof li ssir għal dawk il-persuni li kieku jqattgħu l-Milied waħedhom. Fost dawn hemm għadd ta’ tfal flimkien mal-carers u l-ġenituri tagħhom.