Jiġbru 10 litri ta’ loqom ta’ sigaretti minn Għajn Tuffieħa

Attivisti favur l-ambjent ħadmu flimkien mal-eks kandidata għal Membru Parlamentari Ewropew Camilla Appelgren sabiex inaddfu Golden Bay f’Għajn Tuffieħa mil-loqom tas-sigaretti.

L-attivisti ltaqgħu lbieraħ filgħaxija fil-5.15pm u wara numru ta’ sigħat, imlew total ta’ 10 litri fliexkien bil-loqom tas-sigaretti. Spjegat li kien hemm total ta’ sitt persuni li ngħaqdu magħha sabiex jgħinuha tnaddaf il-bajja.

Kienu bosta dawk li kkummentaw fuq il-post ta’ Appelgren fuq Facebook fejn filwaqt li faħħru dan il-pass tagħha, ppruvaw jagħtu s-suġġerimenti tagħhom dwar passi oħrajn li jistgħu jittieħdu favur l-ambjent fil-futur.

Oħrajn staqsew għaliex tindif tat-tip għandu jsiru minn voluntiera u mhux minn ħaddiema tal-Gvern. Sostnew li l-Gvern għandu biżżejjed riżorsi sabiex jagħmel dan it-tip ta’ xogħol filwaqt li staqsew x’jiġri li kieku ma kienx hawn voluntiera jnaddfu l-bajjiet.

Calling it a day ✅.10L butts in 2 days. Today we had 6 people joining. Amazing team effort! #LetsDoThis#NoButtsOnTheBeach

Posted by Cami Appelgren on Sunday, July 7, 2019

Min-naħa tal-Gvern ġiet imdesija kampanja bil-għan li tnaqqas ir-rimi ta’ skart fil-baħar u ġġib l-isem ta’ Marine Litter – Saving Our Blue. Fost l-ispunti li tindirizza l-kampanja hemm dik li wieħed għandu jarmi s-sigaretti f’bins u mhux mal-art.

Aqra: Filmat: 10 wegħdi li għandek iżżomm dan is-sajf