Jiġbdu ajruplan tad-DHL b’risq l-Istrina

F’attività bil-għan li jinġabru fondi għall-Istrina f’Ħal Safi, gruppi differenti qed jiġbdu ajruplan, tat-tip Boeing tad-DHL Express, tul ta’ għoxrin metru.
It-timijiet qed jiġbdu l-ajruplan tad-DHL Express li jiżen madwar 130 tunellata, bl-attività mistennija tibqa’ għaddejja sat-tlieta ta’ wara nofsinhar.
Membri Parlamentari kif ukoll il-kandidati għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew, kemm mill-Partit Laburista kif ukoll mill-Partit Nazzjonalista, kienu fost dawk li ġibdu l-ajruplan.