Jiftħu n-nomini għas-siġġu ta’ Busuttil u Portelli

Read in English.

Fl-ewwel jum ipprovdut għan-nomini ta’ kandidati għall-elezzjoni każwali ta’ żewġ Membri Parlamentari Nazzjonalisti ma ġew sottomessi l-ebda nomini.

Dan ġie kkonfermat f’żewġ stqarrijiet separati mill-Kummissjoni Elettorali. Ilbieraħ, il-Kummissjoni Elettorali ġiet inkarigata mill-President George Vella biex tmexxi elezzjoni każwali fit-12-il distrett wara r-riżenja ta’ Simon Busuttil u fid-disa’ distrett wara r-riżenja ta’ Marthese Portelli.

In-nomini tal-kandidati li kkontestaw iż-żewġ distretti fl-elezzjoni ta’ Ġunju tal-2017 u li ma ġewx eletti se jibqgħu jiġu aċċettati kuljum sas-Sibt 7 ta’ Marzu bejn id-9am u 12pm. Il-formoli tan-nomina jistgħu jinkisbu mill-Uffiċċju tal-Kummissjoni Elettorali.

L-għadd tal-voti se jsir nhar l-10 ta’ Marzu mill-11am ‘il quddiem.

L-Ispeaker jikkonferma l-ittra ta’ riżenja ta’ Marthese Portelli

L-ispeaker Anġlu Farrugia kkonferma li rċieva l-ittra tar-reżenja tad-deputat Nazzjonalista Marthese Portelli b’effett mit-28 ta’ Frar.  Il-whip Nazzjonalista rringrazzja kemm lill Portelli  kif ukoll lil Simon Busuttil li temmew il-ħidma parlamentari tagħhom fl-aħħar tax-xahar li għadda. Effettivament, l-Oppożizzjoni Nazzjonalista tinsab b’żewġ membri inqas jiġifieri b’ 26 il-membru sakemm isiru l-by-elections.