Jiftħu l-applikazzjonijiet għall-istipendju

Il-Ministru għall-Edukazzjoni qal li beda jilqa’ l-applikazzjonijiet online tal-istipendju, għal studenti li se jistudjaw f’livell post-sekondarju u terzjarju matul is-sena skolastika li ġejja.
Fi stqarrija, il-Ministeru qal li kull min se jistudja f’6th Form, MCAST, livell universitarju u anki f’istituzzjonijiet privati irid jimla l-istess applikazzjoni.
Dawn l-applikazzjonijiet jibqgħu jintlaqgħu sal-aħħar ta’ Novembru.
Sabiex l-applikazzjoni tkun valida l-istudenti jridu jehmżu d-dokumenti kollha meħtieġa.
Aktar dettalji hawn.