Jiftħu l-applikazzjonijiet għal skejjel tas-sajf

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni ħabbar li fetħu l-applikazzjonijiet għal dawk li huma interessati li joffru programm edukattiv permezz ta’ skola jew klabb fis-sajf għal tfal ta’ bejn it-tlieta u s-sittax-il sena.

Dawk interessati jridu japplikaw online sabiex jirreġistraw l-iskola jew klabb tas-sajf tagħhom bħala stabbiliment edukattiv mad-Direttorat għall-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni kif stipulat fil-Leġiżlazzjoni Sussidjarja 327.349. Ir-reġistrazzjoni tkun valida għall-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju u t-30 ta’ Settembru 2020.

Il-Formola ta’ Notifikazzjoni (Formola A) flimkien mad-dokumentazzjoni kollha meħtieġa kif indikat fil-formola stess, għandom jintbagħtu online sa mhux aktar tard minn nhar il-Ġimgħa, 1 ta’ Mejju 2020.

Aktar dettalji fuq is-sit hawnhekk.