Jiftħu l-applikazzjoni għall-Festival di Castrocaro 2020

Wara li lbieraħ filgħaxija rajna lill-kantanta Maltija ta’ 17-il sena Nicole Frendo fil-finali tat-62 edizzjoni tal-aktar talent show antik fl-Italja, il-Festival di Castrocaro, ħafna huma dawk il-kantanti Maltin li qed iħarsu lejn dan il-festival bħala pjattaform għall-karriera tagħhom. Il-festival bi preżentazzjoni ta’ Belen Rodriguez u Stefano De Martino, kellu xandira diretta fuq Rai Due u fuq Rai Radio 2.

AQRA: Ritratti: Nicole Frendo tinqala’ fl-ewwel fażi tal-finali tal-Festival di Castrocaro

AQRA: Illejla Nicole Frendo f’festival fuq Rai Due

AQRA: Nicole Frendo fil-finali tat-62 edizzjoni tal-Festival di Castrocaro fuq Rai 2

Jistgħu jidħlu għall-edizzjoni li jmiss dawk il-kantanti ta’ bejn l-14 u t-30 sena. Il-formola tinsab onlajn u dawk interessati għandhom jinkludu mal-applikazzjoni żewġ ritratti, wieħed tal-wiċċ u ieħor li jurihom minn fuq s’isfel, kif ukoll żewġ siltiet, waħda bl-Ingliż u l-oħra bit-Taljan. Il-kantawturi jistgħu jinkludu silta oriġinali tagħhom.

Dawk li se japplikaw u għadhom taħt l-età, jridu wkoll jibagħtu kopja tal-karta ta’ identifikazzjoni tal-ġenituri jew persuni li jieħdu ħsiebhom.

Id-dettalji kollha jinsabu f’dan is-sit https://festivaldicastrocaro.tv/iscrizione/