Jiftħu kawża ta’ libell kontra Bill Cosby

Fl-Istati Uniti, żewġ nisa se jingħaqdu ma’ mara f’kawża ta’ libell kontra l-attur Bill Cosby u l-avukati tiegħu.
Dan wara li l-avukati ddeskrivew liż-żewġ nisa bħala ‘giddieba’ meta allegaw li Cosby mmolestahom sesswalment.
Iż-żewġ nisa huma fost it-23 mara li fl-aħħar ġimgħat akkużaw lill-attur b’imġieba sesswali mhux xierqa fil-konfront tagħhom.
Uħud mill-akkużi jinkludu saħansitra stupru.