Jiftħu kawża kontra l-operaturi tal-ħelikopter li qatel lil binhom

Il-ġenituri tal-għarus tal-koppja Ngliża li nqatlu flimkien ma’ tlieta oħra wara inċident fatali b’ħelikopter fl-Amerka, se jħarrku lill-operatur turistiku li mexxa t-titjira.
Missier u omm Jon Udall, fetħu kawża l-Qorti jakkużaw lil Papillon Grand Canyon Helicopters u l-manifattur Airbus Helicopters li kkawżaw mewt inġust.
L-avukati tad-difiża qed jgħidu li iben Philip u Marlene Udall kien isalva li kieku l-ħelikopter kien attrezzat b’sistema tal-fjuwil reżistenti għat-tiġrif (crash-resistant fuel system).
Il-ħelikopter kraxxja fil-Grand Canyon waqt li Ellie u Jon Udall, kienu qegħdin vaganza ma’ sħabhom.
John, ta’ 31 sena miet 12-il jum wara li ġġarraf il-ħelikopter fil-Grand Canyon. Ellie tilfet ħajjitha nhar it-Tlieta li għaddiet.
Fl-inċident mietu wkoll żewġt irġiel oħra, aħwa, Jason Hill ta’ 32 sena u Stuart Hill ta’ 30 sena. It-tfajla ta Stuart, Becky Dobson ta’ 27 sena, tilfet ħajjitha wkoll hekk kif sploda l-ħelikopter.