Jiftħu kawża konġunta kontra kumpanija li kixfet informazzjoni sensittiva dwar votanti

Read in English.

The Daphne Caruana Galizia Foundation u Repubblika ħabbru li fetħu kawża konġunta f’isem 620 persuna kontra C-Planet (IT Solutions) wara li din il-kumpanija kisret il-liġijiet tal-protezzjoni ta’ informazzjoni sensittivi, wara leak ta’ lista ta’ votanti aktar kmieni din is-sena.

L-applikazzjoni kienet iffirmata mill-avukati Antonio Ghio, Carl Grech, Deo Falzon, Sarah Cannataci u Michael Zammit Maempel.

Il-lista ma kinitx biss tinkludi informazzjoni personli bħal ismijiet, indirizzi u numri tal-mobile, iżda kienet tinkludi fiha wkoll numru li jindika lil min setgħu jivvutaw dawn il-persuni fl-elezzjoni.

Jidher li din il-lista saret mill-Partit Laburista. Is-sid ta’ C-Planet, Philip Farrugia, kien jaħdem mal-One Production li hija propjetà tal-Partit Laburista. Hu wkoll jiġi ħaten is-Segretarju Parlamentari Stefan Zrinzo Azzopardi.

Il-leak kien investigat mill-pulizija u l-Kummissarju għall-Protezzjoni tad-Data.