Jiftħu kamra ta’ rilassament għall-ħaddiema

Iċ-Ċentru ta’ kuntatt tal-HSBC f’Malta bena kamra ta’ rilassament għall-ħaddiema.
Fi stqarrija, l-HSBC qal li ċ-Ċentru jirċievi mal-miljun telefonata kull sena u għalhekk fi kliemu l-ħaddiema għandhom bżonn perjodu ta’ kalma biex ikunu jistgħu jaqdu lill-klijenti bl-aħjar mod possibbli.
Ir-relaxation room tinkonsisti f’dawl sottili bi lwien kajmani u hija ddisinjata biex tipprovdi post fejn il-membri tat-tim ikunu jistgħu jserħu l-menti tagħhom.
Il-kamra tista’ tintuża wkoll biex il-ħaddiema joqogħdu jirriflettu jew jaqraw fil-kwiet waqt li jieħu te u jisma’ ħsejjes u jxomm fwejjaħ rilassant.
Wieħed jista’ jagħmel sessjoni ta’ yoga u eżerċizju fiżiku kif ukoll jitlob u jimmedita.