Jiftakru fil-vittmi tat-Tieni Gwerra fil-festa ta’ San Ġiljan

Nhar il-Ġimgħa 25 t’Awwissu se jitfakkru l-vittmi tal-bombardamenti fuq San Ġiljan matul it-Tieni Gwerra Dinjija 75 sena ilu.
Din it-tifkira se ssir waqt liturġija fil-Knisja Parrokkjali l-Antika ta’ San Ġiljan magħrufa bħala ‘Ta’ Lapsi’.
Il-liturġija tibda b’quddiesa letta ċċelebrata mill-W.R. Kanonku Marc André Camilleri, Kappillan tal-Parroċċa ta’ Kristu Re, Raħal il-Ġdid. 
Wara l-quddiesa, Patri Victor Paul Farrugia O.Carm., jinseġ priedka b’tifħir u glorja lil San Ġiljan.
Jieħdu sehem l-orkestra u l-kanturi taħt it-tmexxija ta' Mons. Ġwann Galea. 
Wara jkun hemm tnedija ta’ pjan għall-monument tal-Gwerra mill-Kunsill Lokali San Ġiljan u riċeviment fuq iz-zuntier tal-knisja. Ix-xelter viċin il-knisja jkun miftuħ għall-pubbliku f’din l-okkażjoni.