Jiftaħ l-istaġun tal-insib tal-ħarifa

Read in English.

Il-gvern ħabbar il-ftuħ tal-istaġun tal-insib tal-ħarifa. Fi stqarrija tas-Segretarjat Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali ntqal li l-insib se jkun miftuħ fuq żewġ speċi: il-pluviera u l-malvizz.

Is-Segretarjat qal li wara rakkomandazzjonijiet tal-kumitat Ornis, l-istaġun tal-malvizz se jiftaħ mil-Ħadd 20 t’Ottbru u jibqa’ sejjer sal-aħħar tas-sena waqt li l-insib għall-pluviera jibda mill-1 ta’ Novembru u jibqa’ għaddej sal-10 ta’ Jannar.

In-nassaba huma obligati jirrappurtaw xi jkunu qabdu minnufih u kif tintlaħaq il-kwota nazzjonali ta’ 5,000 malvizz u 700 pluviera l-insib irid jieqaf.