Jiftaħ l-ewwel ħanut ta’ Ralph Lauren f’Malta

Il-Korporazzjoni Ralph Lauren ħabbret il-ftuħ tal-ewwel ħanut tad-ditta Ralph Lauren Polo f’Malta, li għandu jiftaħ fil-kumpless tax-xiri The Point.

Il-ħanut se jiftaħ illum f’Tas-Sliema. Se jkun kbir 160 metru kwadru u jinkludi kemm ħwejjeġ tal-irġiel, kif ukoll tan-nisa.

Skont stqarrija tal-kumpanija, il-ħanut se jispeċjalizza fi ħwejjeġ sportivi u addattati għal barra.

Il-ħinijiet tal-ftuħ tiegħu huma bejn l-10am u s-7.30pm mit-Tnejn sas-Sibt u bejn il-11am u s-6pm nhar ta’ Ħadd.

Il-ħanut huwa miżmum mill-Bortex Group.