Jiftaħ kawża ta’ libell u jiltaqgħu ftit wara

L-ex-kunsiller ta’ Tas-Sliema, Cyrus Engerer dalgħodu fetaħ kawża ta’ libell kontra l-Prim Ministru u l-President tal-Eżekuttiv tal-PN Marthese Portelli dwar artiklu li deher fuq is-sit tal-partit.

Ftit tal-ħin wara Engerer u Portelli kienu bilqiegħda ħdejn xulxin fl-MCAST isegwu d-dibattitu bejn il-mexxejja politiċi.

Il-kawżi ta’ libell jinstemgħu wara l-elezzjoni ġenerali.

Ritratt: Daniel Balzan