Jiftaħ it-televoting tal-Malta Junior Eurovision Song Contest

Dorian Cassar u Amber jippreżentaw programm speċjali tal-Junior Eurovision Song Contest 2020

Illejla wara l-aħbarijiet tas-6pm TVM Dorian Cassar u Amber se jkunu qed jippreżentaw programm speċjali b’rabta mal-Junior Eurovision Song Contest.

Proprju llum se jkun qed jiftaħ it-televoting wara li llejla fuq TVM naraw it-12-il kanzunetta finalista biex fi ftit ġramet oħra nkunu nafu min se jirrappreżenta lil pajjiżna fil-Junior Eurovision Song Contest li se jsir il-Ħadd 29 ta’ Novembru.

Din is-sena l-format se jkun differenti mis-soltu hekk kif il-parteċipanti se jkollhom studio simili kollha armat fl-istazzjon nazzjonali ta’ pajjiżhom u b’hekk ikunu qed jevitaw li jsiefru lejn il-Polonja, il-pajjiż li qed jorganizza l-edizzjoni ta’ din is-sena tal-Junior Eurovision Song Contest bit-tema “Move the World”.

Dawn huma l-finalisti għal din l-edizzjoni tal-Malta Junior Eurovision Song Contest 2020:

Anġli kantanta: Leah Cauchi

Anywhere kantanta: Leah Mifsud

Beside Me kantant: Isaac Tom

Change the Silence kantanta: Mariah Cefai

Chasing Sunsets kantanta: Chanel Monseigneur

Deck of Cards kantanti: Yulan Law u Gianluca Cilia

Made of Stars kantanta: Kaya Gouder Curmi

Modern-Day Cinderella kantanta: Emma Cutajar

Moving kantanta: Anneka Xerri

Only Live Once kantanti: Zaira Mifsud u Eksenia Sammut

Replay kantanta: Michela Caruana

The Child From Inside kantant: Mychael Bartolo Chircop

Il-logo tal-Junior Eurovision Song Contest 2020. Ritratt: EBU

Is-sena l-oħra Malta kienet rappreżentata minn Eliana Gomez Blanco. Min se jkun is-suċċessur tagħha? Bil-vot tiegħek tista’ tgħin fl-għażla għall-edizzjoni ta’ din is-sena.

Nawguraw lill-parteċipanti kollha.