Jiftaħ il-ħanut Eyeconic f’Bay Street

Nuċċalijiet tax-xemx u arloġġi tal-aħħar moda għall-but ta’ kulħadd b’għażla li kważi ma tispiċċa qatt jinsabu fil-ħanut ġdid, Eyeconic, li għadu kemm fetaħ fir-Retail Lounge Level 0 f’Bay Street, San Ġiljan.
Is-sidien tiegħu, Angela u David Delicata, li ilhom joperaw ħwienet f’Bay Street kważi minn meta fetaħ, issa għandhom mhux inqas minn erba’ ħwienet f’Level 0 ta’ Bay Street, L-oħrajn huma ZeroTwo, Dolce u Misto.
F’dan il-ħanut, li ġie rranġat mill-ġdid u li issa joffri dehra iktar rinfreskanti u moderna, issib iktar minn elf mudell ta’ nuċċalijiet tax-xemx differenti għall-wiri, apparti minn firxa impressjonanti ta’ arloġġi.
Bin-nuċċalijiet tax-xemx għat-tfal li jibdew minn €5 u dawk tal-kbar ivarjaw bejn €7 u €35, dawn huma verament prezzijiet mill-aqwa, bin-nuċċalijiet l-iktar elaborati jmorru għal €50 biss.
Hemm għażla ta’ arloġġi, li jiswew bejn €18 u €65, tal-moda, kemm klassiċi u biex toħroġ barra, b’ħafna kuluri, tal-metall u għall-isport, arloġġi bil-beżels u l-possibbiltà li tkun taf is-sekondi. Hemm żewġ marki ewlenin, Y & K għall-irġiel u Yaki għan-nisa.