Jiftaħ ċentru għaż-żgħażagħ f’Ħal Kirkop

F’Ħal Kirkop il-Gvern fetaħ ċentru għaż-żgħażagħ bil-għan li jlaqqa’ servizzi differenti.
Il-Youth Cafè joffri divertiment alternattiv għaż-żgħażagħ ta’ bejn 13 u 25 sena fejn jistgħu jiltaqgħu u jqattgħu ħin liberu f’ambjent sigur u jiżviluppaw ħiliet personali u soċjali.
Iċ-ċentru se jkun immexxi minn youth workers li se jorganizzaw attivitajiet biex jgħinu liż-żgħażagħ isiru ċittadini aħjar. Se jiftaħ kull nhar ta’ Tlieta u l-Ħamis bejn il-5.30pm u t-8.30pm u hu parti miċ-ċentru LEAP.
Is-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Chris Agius, spjega kif servizzi bħal dawn jgħinu liż-żgħażagħ biex iħossuhom parti mill-komunità u jagħtihom skop u valuri għall-ħajja. 
Ritratt: DOI – Pierre Sammut