Jifqa’ flixkun fuq ras it-tfajla; kien taħt l-influwenza tad-droga

Illum fil-Qorti nstema’ kif raġel ta’ 29 sena allegatament faqa’ flixkun tal-birra fuq ras it-tfajla tiegħu waqt li kien taħt l-influwenza tad-droga.

Il-każ seħħ is-Sibt li għadda meta l-akkużat u t-tfajla tiegħu ġew separati f’Paceville. Jidher li l-akkużat beda jabbuża mid-droga u t-tfajla tiegħu marret torqod għand xi ħbieb li jgħixu f’Paceville.

Fil-Qorti nstema’ kif l-akkużat aktar tard sab lit-tfajla rieqda fis-sodda, qajjimha u beda jheddidha. Il-vittma allegatament imbagħad qalgħet daqqa ta’ flixkun f’rasha.

Fost l-akkużi hemm li r-raġel mill-Iżvezja ikkawża vjolenza domestika, darab persuna ħafif, uża vjolenza fiżika u psikoloġika u hedded u insulta.

Il-Maġistrat Neville Camilleri ordna li r-raġel jibqa’ jinżamm taħt arrest filwaqt li ħareġ ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma.