Jiffroda €1 miljun lil tliet aħwa

Raġel ta’ 50 sena minn Birkirkara ngħata sentenza ta’ sentejn u nofs priġunerija wara li nstab ħati li ffroda lil tliet aħwa.
Ir-raġel kien akkużat li f’Lulju tal-2012, iffroda lill-aħwa Schembri, €1 miljun, imqassmin f’ewro, f’lira sterlina u f’dollari Amerikani. L-aħwa kien mingħalihom li l-akkużat kien qed jinvestilhom flushom fil-Bank tal-Vatikan u f’kumpaniji taż-żejt fl-Ingilterra u Dubai, kif ukoll fil-mina bejn Malta u Sqallija.
Huwa kien akkużat ukoll li ffabbrika ċertifikati u għamel firem foloz.
Il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit qalet li l-verżjoni tal-akkużat ma kinitx kredibbli u mill-investigazzjonijiet irriżulta li mal-pulizija r-raġel kważi ammetta li wettaq att kriminali.