Jiffirmaw l-ewwel liġijiet taħt il-Presidenza Maltija

Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg flimkien mal-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani ffirmaw l-ewwel liġijiet taħt il-Presidenza Maltija.
Dawn il-liġijiet, li ġew iffirmati waqt sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew fi Strażburgu, se jistabbilixxu qafas dwar l-aċċess tas-suq għas-servizzi tal-port u t-trasparenza finanzjarja tal-portijiet, kif ukoll proċeduri biex jiġi applikat il-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo.
Barra minn hekk, dawn il-liġijiet se jistabbilixxu wkoll regolamenti dwar l-importazzjoni ta’ prodotti tat-tessuti minn terzi pajjiżi li mhumiex koperti minn ftehim bilaterali jew ftehim ieħor, kif ukoll se jissostitwixxu l-listi ta’ proċedimenti ta’ falliment tal-kumpaniji.