Jiffalsifika dokumenti biex jipprova jbigħ speedboat

Peter Lee Sammut ta’ 20 sena ammetta fil-Qorti li ffalsifika dokumenti biex jipprova jbigħ speedboat lil raġel Libjan li kien lest li jħallsu €18,000.
Huwa nstab ħati li ffalsifika dokumenti tad-dwana, minħabba li l-ispeedboat kienet taħt ordni ta’ ffriżar minħabba każ fil-Qorti.
Fil-Qorti nstema’ li Sammut kien jaf li d-dgħajsa ma kinitx tista’ tinbiegħ jew tiġi trasferita, iżda ffalsifika d-dokument biex juri li d-dgħajsa kienet tiiegħu.
Sammut tpoġġa taħt probation għal sena u ġie ordnat ukoll li jagħmel 100 siegħa xogħol fil-komunità.