Jieqaf is-servizz tal-posta lejn il-Libja

Il-MaltaPost twaqqaf kull tip ta’ servizz postali lejn il-Libja.
Dan minħabba l-inċidenti riċenti fl-ajruport Libjan. 
Bħalissa numru ta' Maltin qed jippruvaw jitilqu mil-Libja b'kull mezz, wara li ġew sospiżi t-titjiriet kollha minn Tripli u Benghażi.