Jieqaf il-ġbid ta’ Beautiful

Ritratt: Cliff Lipson / CBS

Il-ġbid fuq aktar produzzjonijiet televiżivi jkompli jieqaf u żewġ produzzjonijiet oħra li issa se jieqfu jiffilmjaw huma s-soap operas The Bold & The Beautiful u The Young & The Restless.

Għada t-Tnejn se jkun l-aħħar jum ta’ ġbid u l-indikazzjonijiet s’issa huma li l-filminmg se jkun qiegħed wieqaf għal ħmistax-il-ġurnata.

Il-ħsieb tal-produtturi huwa li wara li tgħaddi din il-kriżi li qed tinħoloq minħabba fil-coronavirus, il-ġbid jerġa’ jissokta. Jekk ma’ jinqala’ xejn The Young & The Restless hu mġedded għal mill-inqas 4 snin oħra waqt li Beautiful se jkompli għal 3 snin oħra.

Din tal-aħħar tkompli tixxandar b’suċċess kuljum fuq l-istazzjon tal-Mediaset Canale 5 fil-ħin tas-1.40pm. Il-puntati li qed jixxandru bħalissa fl-Italja huma dawk li fl-Istati Uniti ntwerew madwar sena ilu.

Intant l-attriċi Katherine Kelly Lang li tinterpreta l-karattru ta’ Brooke bħalissa tinsab fi kwarantina wara li fl-aħħar ġranet kienet tinsab fl-Awstralja.