Jieqaf Facebook u kulħadd mifxul!

Dawk li huma dipendenti fuq Facebook, u ma jgħaddux ftit minuti li jiċċekkjaw x'hemm ġdid, jinsabu mifxulin. Dan minħabba li għal ħabta tas-6 tal-lejla Facebook waqaf jaħdem.
Iżda jistgħu jserrħu rashom li mhumiex waħedhom u bħalhom hawn eluf madwar id-dinja kollha, jistennew li l-qalb virtwali tagħhom terġa' tibda tħabbat.
Kull min jipprova jidħol fuq Facebook bħalissa qed jitla' messaġġ li hemm xi ħsara teknika u li t-tekniċi ta' Facebook qed jaħdmu biex isolvuha malajr kemm jista' jkun.