Filmat: “Jiena Charlie” – Il-ġurnalisti Maltin jingħaqdu kontra t-terroriżmu

B’karti miktuba fuqhom: “Je suis Charlie”, “I am Charlie” u “Jiena Charlie”, madwar 30 ġurnalist minn kull kamra tal-aħbarijiet f’Malta nġabru f’Bieb il-Belt bħala turija ta’ solidarjetà u kundanna għall-attakk terroristiku f’Pariġi.
Qabel il-minuta ta’ silenzju, il-ġurnalisti qraw messaġġ ta’ kundanna għal dan l-attakk, filwaqt li wasslu l-kondoljanzi lill-qraba tal-vittmi u l-poplu kollu Franċiż. 
Il-ġurnalisti saħqu li minkejja l-attakk, jemmnu bi sħiħ fid-demokrazija, fid-drittijiet tal-bniedem u fil-libertà tal-espressjoni.  
Il-ġurnalisti rrappreżentaw lil Newsbook.com.mt, RTK, Mediatoday, Media.Link, Union Print, Allied Newspapers, Standard Publications, One u di-ve.com.
Fl-attakk terroristiku tal-bieraħ inqatlu 12-il persuna, fosthom 5 ġurnalisti u kartunisti ta’ Charlie Hebdo.