“Jien u sieħbi ġbarna 15-il pakkett velenu f’Wied il-Għajn”

Raġel qal fuq Facebook kif flimkien ma’ sieħbu ġabar mal-15-il pakkett tal-velenu tal-ġrieden magħluq minn Wied iz-Ziju f’Wied il-Għajn.

Hu appella lill-pubbliku sabiex joqgħod attent jekk jiffrekwenta din iż-żona, speċjalment jekk miegħu jieħu anke l-kelb.

Kienu bosta li kkummentaw fuq il-post tiegħu u qalu li velenu tat-tip għandu jitneħħa kompletament mis-suq ħieles u wieħed jitħalla jixtrieħ biss jekk ikollu riċetta ġustifikata.

Oħrajn qalu li anke jekk ikollok miegħek tfal li b’xi mod jew ieħor jaljenawk u jiddeċiedu li jitfgħu l-velenu f’ħalqhom huwa ta’ periklu. Sostnew li dan il-velenu jidher propju qisu ħelu.

Hbieb. Mohhkom hemm. Illum gewwa Wied iz Zijju gewwa Marsascala, post iffrekwentat minn nies bil klieb taghhom, xi…

Posted by Jeremy J Camilleri on Saturday, June 29, 2019