“Jien tlaqt kollox għall-partit” – Adrian Delia

Luke Zerafa

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li hu telaq kulma kellu f’ħajtu għall-Partit Nazzjonalista, u jistenna li oħrajn jagħmlu l-istess. Qal li hu qed jagħmel l-almu tiegħu imma jeħtieġ li kulħadd jgħin u jiġbed ħabel wieħed.

“Kuraġġ ħbieb” – Jean Pierre Debono

Dan qalu meta kien qed jiġi intervistat fuq il-programm Iswed fuq l-Abjad fuq l-istazzjon televiżiv tal-PN. Din l-intervista ġiet fi żmien ta’ sfida għall-PN, peress li wara li rreżenja l-Membru Parlamentari David Stellini l-ġimgħa li għaddiet, qamu l-irwiefen. F’laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv nhar is-Sibt li għadda, intgħażel Jean Pierre Debono biex joħodlu postu, iżda bosta oġġezzjonaw għax qalu li dan ma sarx skont l-istatut. Illum Debono qal li mhuwiex se jieħu l-ġurament tal-ħatra. Intant, laħqu rreżenjaw il-President tal-Kumitat Eżekuttiv Mark Anthony Sammut u t-Teżorier tal-PN David Camilleri.

Aġġornata:”Bniedem validissimu; tal-mistħija” – Sammut dwar ir-reżenja tat-

Qal li hu mħasseb bil-potenza dejjem tikber tal-Gvern, għax ma jħossx li hu sew li dan iseħħ għax jekk il-potenza tal-Gvern tkompli tikber, se tkompli tikber ukoll l-arroganza tal-Gvern.

“Tlifna siġġu imma qawwejt qalbi bil-voti li kisbet Metsola”

Dwar l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, Delia qal li minkejja li l-PN tilef siġġu, u ddispjaċieh għal dan u għall-fatt li Francis Zammit Dimech ma reġax tela’, iżda qal li jekk kien hemm ħaġa pożittiva li ħarġet minn din l-elezzjoni, kien in-numru ta’ voti li kisbet l-MEP Roberta Metsola.

Metsola kisbet it-tieni l-iżjed għadd ta’ voti wara l-MEP Laburista Miriam Dalli, u nħatret Kap tad-Delegazzjoni tal-PN fil-Parlament Ewropew. Delia qal li hu ċert li se tagħmel xogħol siewi ħafna u taħdem mal-MEP Nazzjonalista l-ieħor David Casa.

Appell għas-sapport

Huwa appella lill-udjenza biex tikkritika, tgħid x’taħseb dwar il-PN, imma tgħin lill-partit jerġa’ jqum fuq saqajh. Insista wkoll li jrid kemm jista’ jkun iqarreb lill-PN lejn in-nies, iżda tenna li dan kollu ma jistax jagħmlu waħdu. Temm jgħid li inutli wieħed jikkritika minn post ta’ kumdità, imma jrid verament isemma’ leħnu. Qal li, “Jekk verament irridu nkunu l-partit tan-nies, irridu nibdew mil-lum, naraw x’għamilna ħażin, nesponu ruħna għall-iskrutinju u l-ġudizzju tagħkom.”