Jien se nkompli nikkowċja – Wenger

Meta kien qed jitkellem fuq Bein Sport, il-kowċ ta’ Arsenal Arsene Wenger tenna l-intenzjoni tiegħu illi jkompli jikkowċja minkejja diversi xnigħat illi qed jarawh barra mit-tmexxija tal-Gunners fl-istaġun illi ġej.
“Sakemm ikolli s-saħħa u l-motivazzjoni, jien ser inkompli nikkowċja,” beda biex qal il-maniġer Franċiż illi llum il-ġurnata għandu 68 sena.
“F’punt minnhom ser inkun qed nieħu deċiżjoni, iżda għalissa qed naħseb biss fuq il-preżent,” kompla jgħid Wenger.
Huwa temm jgħid illi ser jagħmel dak kollu possibbli sabiex jieħu deċiżjonijiet għal ġid tal-klabb u l-bqija ma jinteressah xejn aktar.