Jien l-aqwa plejer tad-dinja – Ronaldo

Wara li rebaħ il-ballun tad-deheb għal ħames darba fil-karriera tiegħu, l-attakkant Portugiż ta’ Real Madrid Cristiano Ronaldo xejn ma qagħad iżomm l-umilta’ personali meta sostna li hu l-aqwa plejer fl-istorja tal-futbol mondjali.
Ronaldo rċieva dan l-unur il-Ħamis filgħaxija f’Pariġi u deher proprju fuq it-Torri Eiffel jippoża għar-ritratti bit-trofew f’idu.
B’hekk l-istess Portugiż ta’ 32 sena laħaq lir-rival LionelMessi b’ħames suċċessi hekk kif rebaħ dan l-unur fl-2008, 2013, 2014, 2016 u din is-sena 2017.
B’hekk din kienet it-tieni sena konsekuttiva illi l-Portugiż rebaħ dan l-unur hekk kif l-2017 kienet waħda tad-deheb għalih bir-rebħ tal-UEFA ChampionsLeague, is-SuperCup Spanjola u dik Ewropea kif ukoll il-FIFA World Club WorldCup is-sena l-oħra.
Huwa lagħab 275 darba mal-Merengues u skorja numru mpressjonanti ta’ 287 gowl.